Bla naħal mhemmx ħajja; il-klima u n-natura huma importanti
Ekonomija b'saħħitha teħtieġ pjaneta b'saħħitha. Jekk neqirdu n-natura, neqirdu l-attività ekonomika li tiddependi fuqha. It-tibdil fil-klima diġà qed jagħmel ħsara lill-ekonomiji tagħna, u jaffettwa kemm jiġi prodott u kemm jiswew l-affarijiet. Fl-istess ħin, għaddejja wkoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika.
Għalhekk, it-tibdil fil-klima huwa parti integrali mill-analiżi tal-politika monetarja tagħna. Għall-istess raġunijiet, issa qed nesploraw l-implikazzjonijiet ekonomiċi tad-degradazzjoni tan-natura.